Menu

Falda tal-baqra biz-Zalza Chimichurri

Serves 4
Prep Time 190 mins
Cooking 30 mins
Level medium

Ingredjenti

  • 600g Falda (flank steak)
  • 100ml Żejt taż-żebbuġa
  • Meraq ta' larinġa
  • Meraq ta' 2 lumiċell
  • 2 Mgħaref Soy sauce tal-Pinto’s Pride
  • 2 mgħaref Worcester tal-Pinto's PridePride
  • 2 Mgħaref Ħall tat-tuffieħ tal-Pinto's Pr
  • 3 Sinniet tewm
  • Bżar mitħun frisk u melħ
  • 2 Patatiet msajra bil-qoxra
  • 100g faqqiegħ
  • Għaz-Zalza Chimichurri
  • 4 Mgħaref tursin imqatta'
  • 4 Mgħaref kosbor frisk imqatta'
  • 1 Basla mqattgħa fina
  • 3 Sinniet tewm, imqattgħin fini
  • 1 Felfel żgħir, imqatta' fin
  • 2 Lumiċell magħsurin
  • 2 Mgħaref ħall inbid aħmar
  • 100ml Żejt taż-żebbuġa
Ipprepara l-immarinar billi tħawwad flimkien iż-żejt taż-żebbuġa, il-meraq tal-larinġa u tal-lumiċell, is-soy sauce u l-worcestershire sauce, il-ħall tat-tuffieħ u t-tewm. Itfa' ftit bżar u melħ fuq il-laħam u poġġi l-laħam fl-immarinar u ħallih joqgħod għal sagħtejn. Sadanittant, ipprepara z-zalza chimichurri billi tħawwad flimkien l-ingredjenti. Kif ikun lest, iggrilja l-laħam għall-gosti tiegħek u servih biz-zalza chimichurri, bil-patata bil-qoxra u l-faqqiegħ. Ricetta ta’ Aceline Media

Comments are closed.