Pulpetti bil-Ġibniet u l-Piżelli
Serves 4
Prep Time 10 mins
Cooking 10 mins
Level low
Ingredjenti
- 2 x 400g Bottijiet tal-piżelli tal-Mayor, imsoffija
- 2 Basal aħdar (basal tal-qatta
- 2 Mgħaref nagħniegħ, frisk u mqatta'
- 2 Bajdiet
- 2 Ġibniet tal-Ħanini, bojod
- 150g Dqiq self-raising, u ftit żejjed għall-kisi
- Bżar u melħ għat-togħma
Ħawwad flimkien il-piżelli, il-basal aħdar, in-nagħniegħ u l-bajd sakemm tgħaqqad it-taħlita. Farrak il-ġibniet u żidhom mat-taħlita. Żid ukoll id-dqiq, il-bżar u l-melħ u għaqqad kollox flimkien. Ifforma l-pulpetti, iksihom bi ftit dqiq u aqlihom sakemm jieħdu l-kulur miż-żewġ naħat.
Ricetta ta’ Aceline