Lażanja bil-Faqqiegħ u l-Qarabagħli
Serves 4
Prep Time 30 mins
Cooking 45 mins
Level low
Ingredjenti
- 3 qarabagħli kbar, maħsulin u mqattgħin tawwalin
- 400ml Krema bajda tat-tisjir
- 250g Ikkapuljat tal-laħam
- 1 Mgħarfa origanu niexef
- 1 Spoon Dried Oregano
- 2 Sinniet tewm
- 2 Mgħaref kunserva
- 200g Faqqiegħ tal-Mayor mqatta'
- 200g Tadam ċirasa (cherry tomatoes)
- 1 400g Bott polpa tal-Mayor
- Ħabaq frisk
- 100g Parmiggjan mahkuk
- 100g Pine nuts
- Żejt taż-żebbuġa
Ibda pprepara z-zalza tal-laħam, Sajjar il-basla fiż-żejt sakemm tirtab. Itfa' l-ikkapuljat tal-laħam, żid ftit melħ u bżar u kompli sajjar sakemm il-laħam ikun sar kollu. Itfa' l-kunserva u l-origanu u kompli sajjar għal minuta oħra. Issa żid il-polpa u ħallih itektek għal 10 minuti. Fl-aħħar minuta, itfa' t-tadam ċirasa u ħawwad kollox. Ħallih joqgħod. F'taġen ieħor, sajjar il-faqqiegħ fi ftit żejt u tewm, żid ftit bżar u melħ u ixħet il-krema. Idlek dixx tal-forn bi ftit żejt taż-żebbuġa, u qiegħed il-biċċiet tal-qarabagħli fil-qiegħ. Ifrex saff zalza tal-laħam u krema tal-faqqiegħ. Itfa' ftit pine nuts, weraq tal-ħabaq u parmiġġjan. Irrepeti dan il-proċess sakemm tkun użajt l-ingredjenti kollha. Sajjar f'forn msaħħan sakemm il-lażanja tieħu l-kulur, madwar 35 minuta.
Ricetta ta Aceline Media