Qatta' l-ħut. Qaxxar u għaffeġ it-tewm. Ħallat tajjeb flimkien l-isfar tal-bajda, it-tewm, il-kosbor u t-tursin imqatta' f'reċipjent. Ma' din it-taħlita, żid ftit dqiq, bżar u melħ u l-makku. Ħawwad tajjeb l-ingredjenti kollha flimkien. Ifforma pulpetti żgħar u tondi b'idejk. Ferrex ftit smid fuq platt kbir u ċatt u għaddi l-pulpetti minnu. Saħħan taġen fuq nar medju-għoli, u kif jisħon żid iż-żejt. Itfa' bil-mod il-pulpetti u aqlihom sakemm jieħdu kulur tajjeb, waqt li ddawwarhom minn kull naħa. Poġġihom għas-sħana sakemm isservi. Servihom jaħarqu bil-flieli tal-lumi, zalza kiesħa tal-ħut (tartar) u insalata.

 Ricetta ta' Anton B. DougallDougall