Aħsel u qatta' l-kurrat. Qaxxar u qatta' t-tewm. Poġġi l-kurrat u t-tewm f''taġen u żid l-ilma u l-lumi magħsur. Naddaf il-ħut u neħħi x-xewk. Poġġi l-ħut fit-taġen. Jekk trid, tista' tpoġġi l-ħut f'xibka, agħlaqha tajjeb u itfagħha fit-taġen. Meta jsir il-ħut, neħħi x-xibka mit-taġen. Żid il-Pelati tal-Mayor flimkien mat-tursin u n-nagħniegħ. Sajjar fuq nar baxx għal 35 minuta. Waqt is-sajran tas-soppa, għalli ftit ross. Meta s-soppa tkun lesta, għaddieha minn passatur ħalli tevita x-xewk tal-ħut kollu. Itfa' ftit bżar u melħ u żid biċċiet żgħar tal-ħut. Servi jaħraq mar-ross.

  Riċetta Mill-Kcina ta’ Pawlina Anton B. Dougall