Aħsel il-ħaxix kollu. Qaxxar il-patata, il-qara' aħmar, il-basal u t-tewm. Qatta' l-patata f'biċċiet kbar u qatta' l-basal u t-tewm fin fin. Qatta' l-qarabagħli u l-qara' aħmar f'biċċiet medji. Neħħi l-ġilda tal-bacon u qatta' f'biċċiet żgħar kwadri. Saħħan kazzola kbira u aqli l-biċċiet tal-bacon. Żid ftit żejt jekk ikun hemm bżonn. Baxxi n-nar u żid il-basla, it-tewm u l-karfus u sajjarhom sakemm jieħdu l-kulur. Ibda żid il-ħaxix l-ieħor kollu u kompli ħawwad. Żid issa l-Kunserva kif ukoll l-istokk tal-Pinto's Pride Spoon mal-misħun, sakemm tgħatti l-ħaxix. Ħallih jagħli, żid il-bżar u l-melħ, u ħalli l-borma ttektek fuq nar baxx għal madwar sagħtejn, tliet sigħat. Qabel isservi, żid l-għaġin li tiggosta.

Ricetta ta' Anton B. Dougall