Kari Veġetarjan bil-Frott u Ross bil-Kannella
Serves 4
Prep Time 40 mins
Cooking 45 mins
Level low
Ingredjenti
- 1 Basla, mqattgħa
- 100g Bott fażola ħamra tal-Mayor, mingħajr ilma (red kidney beans)
- 100g Ċiċri tal-bott tal-Mayor, mahsulin u minghajr ilma
- 50ml Zejt
- 1 Tuffieħa ħadra, imqattgħa
- 1 Kurrat, imqatta'
- 3 Sinniet tewm, imqattgħin
- Ftit kosbor, imqatta'
- 3 Mgħaref kari
- 1 Bott żgħir pineapple, imqatta' (żomm l-ġulepp)
- 1/2 felfel żgħir, imqatta'
- 1 Mgħarfa kemmun
- 100g Zalza hamra tal-Mayor
- 100g Ħalib tal-coconut tal-Pinto's Pride
- 1 Mgħarfa żerriegħa tal-kosbor, imfarrak
- 1 Bastun Kannella
- 1 Ħlewwa stellata
- 1 Tazza ross msajjar
- 3 Tazzi stokk tal-ħaxix ta’ Pinto’s Pride
F'kontenitur ħallat flimkien il-basal, it-tewm, il-fażola, it-tuffieħa, il-pineapple mingħajr il-ġulepp, il-felfel, il-kari, il-kemmun u ż-żejt. Saħħan kazzola u sajjar it-taħlita tal-kari sakemm tieħu l-kulur. Wara, żid il-ġulepp tal-pineapple, iz-zalza tat-tadam, il-ħalib u ħallih itektek. F'taġen żgħir, fi ftit butir, sajjar iż-żerriegħa mfarrka tal-kosbor flimkien maz-zokk tal-kannella u l-ħlewwa stellata għal 2 minuti. Żid ir-ross u ħawwad. Itfa' l-istokk, għattih u ħallik itektek sakemm isir u sakemm jinxtorob l-istokk. Żid ftit bżar u melħ skont il-bżonn u żid il-kosbor il-frisk. Servi maz-zalza tal-kari,
Ricetta ta’ Aceline Media