Minestra bil-Kirxa
Ingredjenti
- 500g Kirxa friska
- 150g Basal
- 150g Piżelli niexfa
- 200g Qara ħamra
- 50g Kunserva Three Hills
- 200g Karrotti
- 150g Patata
- 150g Pastard
- 2 Zkuk tal-karfus, imqattgħin fini
- 1½ Litru ilma jew stock tal-ħaxix ta’ Pinto Spoon Stock
- Bżar u melħ għat-togħma
Poġġi l-piżelli niexfa f’borma, għattih bl-ilma, u ħalliha tixxarrab bil-lejl. Jekk trid, tista’ żżid ftit baking soda biex tkun aktar diġestibbli. Naddaf il-kirxa f’ħafna ilma mielaħ. Aqtagħha f’biċċiet żgħar u aħsilha darb’oħra. Trid taħsel il-kirxa aktar minn darba. Meta tara li hija nadifa, poġġiha f’borma, għattiha bl-ilma, u qiegħed fuq nar medju-għoli. Ħalli tgħalli, imbagħad baxxi n-nar u ħalliha tkompli ssajjar għal madwar 45 minuta. Sadanittant, aħsel, qaxxar u aqta’ l-ħaxix kollu f’biċċiet żgħar u poġġih f’borma kbira. Żid l-istokk, il-kunserva, u l-kirxa. Aħasel il-piżelli taħt l-ilma ġieri u żidha fis-soppa. Poġġi l-borma fuq nar medju u ħalliha tgħalli. Baxxi n-nar u ħalliha ttektek għal siegħa u nofs. Jekk tara li l-likwidu jonqos, tista’ żżid ftit mill-ilma li fih sajjart il-pizelli. Qabel isservi, irranġa t-togħma bi ftit melħ u bżar. Din il-minestra għandha tkun servuta sħuna ħafna.
Ricetta ta' Anton B. Dougall