Menu

Kejk tal-Irkotta u l-Kannoli

Serves 8
Prep Time 30 mins
Cooking 120 mins
Level medium

Ingredjenti

  • 300g Kannoli
  • 120g Butir mdewweb
  • 700g Irkotta tal-Ħanini
  • 200g Zokkor Fin (Icing sugar)
  • 4 Weraq tal-ġelatina
  • Qoxra maħkuka ta 'larinġa
  • 80g Biċċiet taċ-ċikkulata
  • 200mlKrema doppja
  • 2 Mgħaref pistaċċi, mqattgħin
Farrak il-kannoli, u ħalli tnejn minnhom sabiex iżżejjen aktar 'il quddiem. Ħallat flimkien il-butir l-imdewweb mal-kannoli u qiegħed it-taħlita fil-qiegħ ta' borma tal-kejk bi 8 pulzieri. Uża mgħarfa sabiex tiċċattja t-taħlita. Ħallih jiksaħ għal 30 minuta. Sadanittant, għaddas il-weraq tal-ġelatina fil-meraq tal-larinġa u saħħan f'kazzola jew fil-microwave sabiex jinħallu. Ħawwad l-irkotta sakemm ikollok konsistenza kremuża, żid iz-zokkor tal-kisi (icing sugar), il-qoxra tal-larinġa, il-biċċiet taċ-ċikkulata u t-taħlita tal-ġelatina mdewba. Issa, tella' l-krema u żidha bil-mod mat-taħlita. Ferrex it-taħlita fuq il-frak tal-kannoli u ħalliha toqgħod fil-friġġ tal-inqas sagħtejn. Xħin tkun lesta, neħħiha mill-borma tal-kejk u poġġiha fi platt li sservi bih. Żejjen il-wiċċ bil-frak tal-kannoli li warrabt fil-bidu, il-qoxra tal-larinġa, il-biċċiet taċ-ċikkulata u l-pistaċċi. Ricetta ta Aroma Media

Comments are closed.