Menu

Squid Ink Crespelle with Sea Bass and Prawns

Serves N/A
Prep Time 30 mins
Cooking 35 mins
Level high

Ingredjenti

  • Għall-crepes:
  • 250ml Halib
  • 1 bajda
  • 1 Kuċċarina Nero di Seppia
  • 50g Butir maħlul
  • 1/2 Kuċċarina melħ
  • 100g Dqiq
  • Għall-mili
  • 1 Spnott, iffilitjat u mingħajr xewk
  • 6 Gambli kbar
  • 1 Basla mqattgħa
  • 1 Qarabagħli mħakka
  • 2 Mgħaref tursin imqatta'
  • 1 Tazza żgħira nbid abjad
  • 1 Flixkun tadam tal-Mayor biz-zalza bajda
  • 200g Gandoffli friski (clams)
  • 1 Sinna tewm, imqattgħa
  • 1 Felfel, imqatta'
  • 2-3 Mgħaref żejt taż-żebbuġa
  • Bżar u melħ għat-togħma

Ħabbat il-bajd u Nero di Seppia flimkien ġo kontenitur sabiex tipprepara t-taħlita tal-crepes. Itfa' d-dqiq u l-melħ f'kontenitur u agħmel ħofra fin-nofs u itfa' t-taħlita tal-bajd u l-ħalib. Ħabbat sew qabel ma żżid il-butir maħlul. Sajjar il-crepes f'taġen li ma jwaħħalx u poġġihom għall-ġenb. Sadanittant, qatta' l-ispnott u l-gambli u sajjar malajr f'taġen fi ftit żejt taż-żebbuġa u l-basla. Itfa' ftit bżar u melħ u żid il-qarabagħli, ftit mill-inbid u ftit tursin. Uża dan il-mili sabiex timla l-crepes u itwi f'erbgħa. Poġġi f'dixx kbir tal-forn, għattih bil-foil u itfgħu fil-forn f'temperatura ta' 100'C sabiex jibqa' sħun. Għaz-zalza, saħħan mgħarfa żejt taż-żebbuġa fit-taġen u qalli flimkien it-tewm, il-felfel u l-gandoffli. Żid l-inbid abjad u sajjar sakemm jinfetħu l-gandoffli. Neħħi l-qxur mit-taġen, ħawwad iz-zalza u ħallih jagħli. Servi l-crepes sħan biz-zalza u l-gandoffli.

Ricetta ta’ Aceline

Comments are closed.