Tagliatelli bit-Tonn taż-Żejt
Serves N/A
Prep Time mins
Cooking mins
Level low
Ingredjenti
- 400g Tagliatelle
- 200g bott polpa tat-tadam tal-Mayor
- 50g Kunserva Three Hills
- 1 Bott ta’ 150g tonn fiż-żejt
- 100g Basal
- 3ooml Stokk tal-Hut
- Weraq tar-rand
- Nagħniegħ frisk
- 2 Tewmiet
- Bżar u Melħ
Qatta’ l-basal u t-tewm fin, imbagħad saħħan iż-żejt tat-tonn f’taġen u aqli bil-mod il-basal u t-tewm sakemm jieħdu kulur dehbi; naqqas in-nar, żid in-nagħniegħ u l-kunserva tat-tadam u ħawwad sew, imbagħad żid it-tadam imqaxxar u mqatta’, it-tonn mifrud f’biċċiet, il-brodu tal-ħut, il-weraq tar-rand, il-melħ u l-bżar frisk mitħun, u ħalli t-taħlita tissajjar bil-mod għal madwar 10 minuti waqt li tħawwad ta’ spiss, u fl-istess ħin sajjar it-tagliatelli f’borma kbira b’ilma mielaħ sakemm ikunu għadhom ftit sodi; iffiltrahom, aġġusta t-togħma taz-zalza jekk hemm bżonn, ferra’ z-zalza fuq it-tagliatelli u servi minnufih.
Ricetta ta' Anton B Dougall
