Tagliatelle bil-Gambli u Ħabaq
Serves N/A
Prep Time mins
Cooking mins
Level low
Ingredjenti
- 450g tagliatelle
- 200g gambli msajra u mqaxxra
- żewġ vażetti krema friska tal-Hanini
- żewġ imgharef butir
- Ħabaq frisk
- Ħafna tewm
- Bżar mitħun frisk u melħ
Imla borma kbira b’ħafna ilma u poġġiha fuq in-nar. Meta l-ilma jiftaħ jagħli żid ftit melħ. Għalli l-għaġin. Meta l-għaġin ikun sar saffi u għaddih minn l-ilma kiesaħ, biex l-għaġin jiksaħ sew u b'hekk ma jibqax isir. Ħalli l-għaġin fil-passatur biex joqtor tajjeb. Ġo taġen kbir u fond saħħan ftit butir u qalli t-tewm. It-tewm ma jridx jiskura, għax inkella jagħmel togħma morra. Żid il-krema u kompli sajjar għal madwar 7 minuti sakemm tibda tinġibed ftit. Żid il-ħabaq u ħawwad tajjeb. Żid l-għaġin, il-gambli u ftit bżar u melħ. Ħawwad filwaqt li tagħmel attenzjoni kbira biex la tkisser l-għaġin u lanqas il-gambli. Servi sħun.
Ricetta ta' Anton B. Dougall
