Menu

Patata Ħelwa, Ċiċri u Ġobon bil-Ġellewż

Serves N/A
Prep Time 20 mins
Cooking 20 mins
Level low

Ingredjenti

  • 4 Wraps somor
  • 100g Zalza hamra tal-Mayor
  • 2 Sinniet tewm
  • 1 Mgħarfa kemmun
  • 1 Brunġiela żgħira, imqattgħa
  • 1 Patata ħelwa, imqattgħa
  • Bżar u melħ
  • 100g Ċiċri tal-bott tal-Mayor
  • 50g Ġellewż, imfarrak
  • 1 Basla ħadra, imqattgħa
  • 2 Mgħaref kosbor frisk, imqatta'
  • 100g Ġibna bajda niexfa tal-Ħanini, maħkuka
  • Ftit insalata biex isservi
B'sikkina aqta' r-wraps f'forom ta' ċrieki kbar biżżejjed li joqogħdu f'dixx tal-pasti bit-toqob. Poġġihom fit-toqob tad-dixx u aħmihom sakemm jieħdu ftit kulur. Ħallihom jiksħu. Saħħan taġen u aqli l-basal, it-tewm u l-kemmun sakemm jieħdu ftit kulur. Żid il-brunġiel, il-patata, mgħarfa żejt taż-żebbuġa u bżar u melħ. Ħallihom isiru ftit għal madwar 6-8 minuti. Żid iċ-ċiċri u l-ġellewż u wara minuta itfi n-nar. Issa żid l-basal aħdar, il-kosbor, nofs il-ġobon u ħawwad tajjeb. Iċċekkjah mill-bżar u l-melħ u imla r-wraps bit-taħlita. Ferrex il-kumplament tal-ġobon fil-wiċċ u sajjar ftit fil-forn sakemm jinħall il-ġobon. Servi billi żżejjen bil-weraq tal-insalata. Ricetta ta Aroma Media  

Comments are closed.