Insalata Sajfija tal-Għaġin bil-Pesto
Serves 4
Prep Time 15 mins
Cooking 10 mins
Level low
Ingredjenti
- 200g għaġin (fusilli jew penne)
- 1 tazza tadam ċirasa (cherry tomatoes) maqsum min-nofs
- 1 ħjara żgħira, imqattgħa
- 1/2 bżar aħmar, imqatta'
- 1/2 bott basal imqatta' tal-Mayor
- 1/2 tazza żebbuġ imqatta' tal-Mayor
- 1/4 tazza ġobon tal-feta, imfarrak
- 1/4 pesto tal-ħabaq tal-Mayor
- 2 mgħaref żejt taż-żebbuġa
- Bżar u melħ għat-togħma
- Weraq tal-ħabaq frisk, biex iżżejjen
Sajjar l-għaġin skont l-istruzzjonijiet tal-pakkett, saffih u għaddih mill-ilma kiesaħ biex jiksaħ. F'kontenitur kbir, ħallat flimkien l-għaġin l-imsajjar, it-tadam ċirasa, il-ħjar, il-bżar aħmar, il-basal, iż-żebbuġ u l-ġobon tal-feta. F'kontenitur żgħir, ħawwad flimkien il-pesto, il-ħabaq u ż-żejt taż-żebbuġa. Żidu mal-għaġin u ħawwad tajjeb. Itfa' ftit bżar u melħ. Żejjen bi ftit weraq tal-ħabaq qabel ma sservi.