Menu

Paccheri Mimlijin

Serves 4
Prep Time 25 mins
Cooking 30 mins
Level low

Ingredjenti

  • 1 x 400g Pakkett għaġin paccheri
  • 1 Brunġiela kbira
  • 200g Gambli friski, imqattgħin
  • 1 tub Irkotta tal-Hanini 250g
  • 1 bajda
  • 100g Parmiġġjan maħkuk
  • 1 Mgħarfa nagħniegħ frisk, imqatta'
  • 3 Mgħaref butir imdewweb
  • 1 flixkun Tadam bil-krema bajda tal-Mayor
  • 4 Mgħaref frak tal-ħobż
  • Bżar u melħ għat-togħma
  • Żejt taż-żebbuġa
Aħsel il-brunġiela u taqqabha b'furketta, idlek ftit żejt taż-żebbuġa, u sajjar fil-forn sakemm tirtab. Ħalliha tiksaħ ftit, aqsamha min-nofs u oħroġ il-qalba tagħha. Għaffiġha u ħalliha tiksaħ għal kollox. Ħallat magħha l-irkotta, il-bajda, il-ħwawar imqattgħin, il-gambli, u l-bżar u melħ. Għalli l-ilma bi ftit melħ. Sajjar l-għaġin skont l-istruzzjonijiet ta' fuq il-pakkett. Wara, kessħu ftit bl-ilma u itfa' ftit żejt sabiex ma jeħilx. Imla l-paccheri bit-taħlita tal-brunġiel u poġġihom f'dixx tal-forn. Idlikhom bi ftit butir u ferrex ftit frak tal-ħobż u ġobon maħkuk. Sajjar f'forn jaħraq sakemm il-frak tal-ħobż jieħu l-kulur. Servi fuq iz-zalza msaħħna tat-tadam bil-krema bajda. Ricetta ta’ Aceline

Comments are closed.