Saqajn tat-Tigieg mimlija u Ross bil-Gbejniet, Kurrat u Spinaci
Serves 2
Prep Time 45 mins
Cooking 60 mins
Level medium
Ingredjenti
- 4 Saqajn tat-tigieg bil-koxox
- 2 Zalzett tal-Malti
- 2 Sinniet tewm,imqaxxrin u mqattghin
- 1 Kuccarina Saljva friska, imqatta
- 2 Mgħaref parmiġġjan maħkuk
- 100g Faqqiegħ tal-Mayor, imqatta'
- 1 Borża tat-tisjir bil-ħwawar
- 200g Ross arborio jew carnaroli
- 1 Kurrat, maħsul u mqatta'
- Spinaċi żgħir u frisk
- Tazza nbid abjad
- 600ml Stokk tal-ħaxix
- 2 Ġbejna friska
- 2 Mgħaref Butir
- Ħwawar friski
B'sikkina tal-ponta dur madwar l-għadma tat-tiġieġ u aqla' l-għadma tal-parti ta' wara. Kompli dur mal-laħam u imxi mal-għadma mingħajr ma tqatta' l-ġilda n-naħa ta' barra u kompli aqla' l-laħam minn mal-għadma. Iġbed il-laħam b'idejk ħalli ma tqattax il-ġilda. Fl-aħħar aqta' l-qasba barra u erġa' aqleb kollox lura. Irrepeti għat-tiġieġ kollu. Aqla' l-mili taz-zalzett u neħħilu l-ġilda. Ħawru flimkien mal-weraq tas-salvja, tursin u l-ġobon. Itfa' t-taħlita taz-zalzett fil-koxxa tat-tiġieġ u għatti bil-ġilda. Poġġi t-tiġieġ ġo borża tat-tisjir bil-ħwawar flimkien mal-basal u l-faqqiegħ. Ħallat it-taħlita tal-ħwawar ma' 150ml ilma u itfgħu fuq it-tiġieġ. Agħlaq il-borża bil-ħabel tagħha stess u sajjar għal madwar 30 jew 40 minuta f'forn sħun ta' 175°C. Sadanittant ipprepara r-ross; qatta' l-bejken u sajru f'kazzola fil-butir sakemm jiġi jqarmeċ. Żid ir-ross u l-kurrat u sajjar għal ftit minuti oħra. Itfa' l-inbid u ħallih jinxtorob. Kompli sajjar billi żżid l-istokk tal-ħaxix ftit ftit sakemm jinxtorob u ħawwad il-ħin kollu. Hekk kif isir, neħħi r-ross minn fuq in-nar, għaffeġ il-ġbejna fir-ross u ħallat kollox flimkien mal-weraq tal-ispinaċi. Servi t-tiġieġ imqatta' flimkien maz-zalza u r-ross.
Ricetta ta’ Aceline Media