Menu

Flan tal-Panedispanja Mimlija bl-Irkotta

Serves 6
Prep Time 40 mins
Cooking mins
Level low

Ingredjenti

  • 1 Flan tal-Panedispanja b'dijametru ta' 22ċm
  • 800g Irkotta tal-Ħanini
  • 300g Zokkor
  • 300g Frott konfettura mħallat u mqatta' u biċċiet taċ-ċikkulata
  • Qoxra ta' lumija friska
  • ½ Kuċċarina noċimuskata friska u maħkuka
  • 100ml Xarba tal-għażla tiegħek
  • Lewż u ġellewż, inkaljat ftit, u mqatta' f'biċċiet mhux żgħar ħafna
  • Konfettura taċ-ċirasa biex iżżejjen
Ipprepara l-flan tal-panedispanja skont ir-riċetta. Itfa' l-irkotta u z-zokkor f'kontenitur kbir u għaffiġhom sewwa sakemm it-taħlita tiġi kremuża. Jekk tara li l-irkotta ġiet pjuttost xotta, tista' żżid ftit ħalib jew krema. Warrab żewġ jew tliet imgħaref mill-irkotta sabiex iżżejjen. Żid il-frott konfettura u l-biċċiet taċ-ċikkulata mat-taħlita tal-irkotta u ħawwad kollox flimkien. Żid il-qoxra tal-lumija u n-noċimuskata u erġa' ħawwad kollox. Poġġi l-flan tal-panedispanja f'dixx kbir u ċatt u xarrab il-wiċċ tagħha b'xarba tal-gosti tiegħek. Imliha bit-taħlita tal-irkotta. Idlek iż-żejjed tal-irkotta fit-truf tal-flan u ferrex il-lewż u l-ġellewż fuqha. Fl-aħħar, żejjen bil-konfettura ħamra u ħadra. Ħalliha tiksaħ fil-friġġ qabel ma sservi. Ricetta ta' Anton B. Dougall

Comments are closed.