Menu

Għaġin bl-Ispinaċi u l-Irkotta

Serves 2
Prep Time 10 mins
Cooking 20 mins
Level low

Ingredjenti

  • 175g għaġin penne ismar
  • 2 mgħaref żejt
  • 2 sinniet tewm, kbar u maħkukin
  • 2 kurrat irqiq (160g), maqtugħ irqiq
  • 250g weraq tal-ispinaċi żgħar
  • 1 Irkotta friska tal-Ħanini
  • 3 mgħaref ħalib
  • 2 mgħaref ġobon Pekorin tal-Ħanini, maħkuk
  • ¼ mgħarfa noċemuskata, maħkuka
Sajjar l-għaġin skont l-istruzzjonijiet tal-pakkett, madwar 12-il minuta. Sadanittant, saħħan iż-żejt f'taġen fuq nar medju u sajjar it-tewm u l-kurrat għal 5 minuti billi tħawwad sakemm jirtabu. Żid l-ispinaċi, għattih u sajjar għal 3 minuti sakemm jinxtorob mill-ilma. Ħawwad tajjeb. Ħallat l-irkotta mal-ħalib, il-pekorin u n-noċemuskata. Saffi l-għaġin (erfa' ftit ilma mill-ilma) u żidu mat-taġen. Issa żid it-taħlita tal-irkotta u ħawwad kollox flimkien. Żid 3-4 mgħaref mill-ilma li tkun erfajt u servi.

Comments are closed.