Menu

Stuffat tal-Fażola u l-Bejken bil-Kuskus u l-Ħobż Pita

Serves 4
Prep Time 25 mins
Cooking 30 mins
Level low

Ingredjenti

  • 6 Biċċiet bejken (streaky), imqatta'
  • 1 Basla kbira, imqattgħa
  • 2 Sinniet tewm, imqattgħin
  • 1 Kuċċarina kemmun
  • 1 Kuccarina paprika affumikata
  • 1 Kuċċarina origano
  • 1 Bżar aħmar u bżar aħdar, mingħajr żerriegħa u mqatta'
  • Mgħarfa Pinto's Pride Worcester
  • 1 Mgħarfa mustarda
  • 1 x 200g Polpa tal-Mayor
  • 200-300ml Stokk tal-ħaxix
  • 1 x 400g Bott baked beans tal-Mayor
  • 1 x 200g Bott fażola Cannellini, mingħajr ilma
  • 1 x 200g Tin ,rinsed and drained Beans or black is Win eyed beans
  • 200g Kuskus imhawwar
  • 4 Ħobż pita sħaħ
Ibda din ir-riċetta billi taqli l-bejken f'taġen sakemm jieħu l-kulur minn kullimkien. Żid il-basla u t-tewm u sajjar flimkien għal 2 minuti. Żid ukoll il-ħwawar u l-bżar tal-kulur mqattgħin u kompli sajjar għal 3 minuti. Itfa' l-kunserva, u sajjar għal minuta. Żid ukoll l-inbid aħmar u ħalli l-alkoħol jevapora. Itfa' l-Worcestershire sauce, il-mustarda, iz-zalza tat-tadam u l-istokk u sajjar flimkien għal 10-15-il minuta. Xħin tkun lesta, żid il-baked beans biz-zalza b'kollox, u ż-żewġ tipi l-oħra ta' fażola mingħajr ilma u ħawwad kollox flimkien. Ipprepara l-kuskus l-imħawwar u saħħan il-ħobż pita. Servi dan l-istuffat tal-fażola mal-kuskus u l-ħobż pita maqtugħ min-nofs.

Comments are closed.