Menu

Spagetti bit-tigieg u l-krema

Serves 2
Prep Time 10 mins
Cooking 15 mins
Level low

Ingredjenti

  • 450g Spagetti
  • 300g Sider tat-tigieg
  • Zewg vazetti krema friska tal-Hanini
  • 2 Sinniet tewm
  • 100g Gruyere cheese
  • 100g Gobon Gruyere
  • Tursin imqatta rqiq
  • Ftit Margerina
  • Bżar u melħ għat-togħma
Imla borma kbira b’ħafna ilma u poġġiha fuq in-nar. Meta l-ilma jiftaħ jagħli żid ftit melħ. Għalli l-għaġin. Meta l-għaġin ikun sar saffi u għaddih minn l-ilma kiesaħ, biex l-għaġin jiksaħ sew u b'hekk ma jibqax isir. Ħalli l-għaġin fil-passatur biex joqtor tajjeb. Qatta s-sider tat-tiġieġ f’biċċiet kwadri. Fuqhom roxx ftit bżar u melħ. Ġo taġen kbir saħħan ftit marġerina u fih qalli it-tiġieġ. Waqt it-tisjir trid tħawwad ta’ spiss. Meta jkunu saru neħħi minn fuq in-nar. Żid il-krema, ħawwad u erġa qiegħed fuq nar baxx. Kompli sajjar għal ftit ħin sakemm it-taħlita taqgħad ftit. Żid l-għaġin flimkien mal-ġobon tal-Hanini maħkuk u nofs il-Gruyere. Qiegħed fil-platt u fil-wiċċ ferrex il-bqija tal-ġobon u t-tursin.   Ricetta ta' Anton B. Dougall

Comments are closed.