Imla borma kbira b’ħafna ilma u poġġiha fuq in-nar. Meta l-ilma jiftaħ jagħli żid ftit melħ. Għalli l-għaġin. Meta l-għaġin ikun sar saffi u għaddih minn l-ilma kiesaħ, biex l-għaġin jiksaħ sew u b'hekk ma jibqax isir. Qattar tajjeb.Ġo skutella qiegħed il-laħam. Miegħu żid il-bajd, bżar u turisn. Ħallat tajjeb biex it-taħlita tiġi ħaġa waħda. Ibda fforma l-pulpetti b’din it-taħlita. Qiegħed ftit smid fuq platt ċatt u għaddi l-pulpetti minnu. Imla kazzola bl-ilma u qiegħed fuq in-nar. Meta l-ilma jiftaħ jagħli għalli l-pulpetti fih għal madwar 20 minuta. Iġbor l-pulpetti mil-ilma bi xkumatur biex il-pulpetti ma jitfarrkux. Sakemm il-pulpetti jkunu qegħdin isiru saħħan iz zalza. Meta l-pulpetti jkunu lesti żidhom maz-zalza u sajjar fuq nar baxx għal madwar 30 minuta. Servi fuq l-ispagetti sħan.

Ricetta ta' Anton B. Dougall