Menu

Sanizza

Serves N/A
Prep Time 30 mins
Cooking 60 mins
Level low

Ingredjenti

  • Panedispanja
  • 800g Għaġina ħelwa
  • 500g Hanini Irkotta
  • 80g Zokkor
  • 60g Konfettura tac-cirasa
  • 1 Bajda ,mhabbta
  • 1 Qoxra ta’ lumija maħkuka
  • Ġamm tal-berquq
  • 200ml Xarba għall-gosti tiegħek
  • 1 Mgharfa essenza tal-vanilla
Idlek dixx jew poġġi karta tal-forn ftit imxarrba fid-dixx. Ferrex ftit dqiq fuq il-bank u iftaħ l-għaġina rqiqa u poġġiha fid-dixx. Ħalli ftit għaġina għall-wiċċ. Saħħan il-forn f'temperatura ta' 1800C gass numru 4. Aqta' biċċiet irqaq tal-panedispanja u ferrex ftit ġamm tal-berquq fuqhom. Poġġi dawn il-biċċiet tal-kejk fil-qiegħ tad-dixx u mal-ġnub tal-għaġina, bin-naħa tal-ġamm tmiss mal-għaġina. Itfa' l-irkotta f'kontenitur. Żid iz-zokkor u x-xorb u ħawwad tajjeb sakemm ikollok taħlita daqsxejn magħquda. Aqsam iċ-ċiras f'erbgħa u żidhom mat-taħlita tal-irkotta. Żid ukoll l-essenza tal-vanilla u l-qoxra tal-lumija maħkuka u ħawwad tajjeb. Aqta' ftit biċċiet oħra tal-panedispanja. Imla d-dixx bit-taħlita tal-irkotta u għattiha bil-biċċiet tal-panedispanja. Ferrex ftit iżjed ġamm fuqhom. Xarrab it-truf tal-għaġina bi ftit ilma u għatti bil-kumplament tal-għaġina. Għaqqadha tajjeb u aqta' ż-żejjed. Agħmel ftit qasmiet fil-wiċċ tal-għaġina b'sikkina u idlek b'bajda mħabbta. Sajjar għal madwar siegħa. Ħalli s-sinizza tiksaħ għal kollox qabel ma tneħħiha mid-dixx u taqsamha.0C, gas mark 4. Cut a number of thin slices of sponge cake and spread some apricot jam on them. Use these slices to cover the bottom and sides of the pastry, jam side facing the pastry. Put the ricotta in a mixing bowl.  Add the sugar and liqueur and mix well until you have a creamy texture. Quarter the cherries and add them, together with the vanilla essence and the grated lemon rind, to the ricotta mixture.  Mix well. Cut some more slices of sponge cake. Fill the loaf tin with the ricotta mixture.  Smooth the top and cover it with the sponge cake slices.  Spread some more jam on them. Moisten the edges of the pastry with a little water and cover with the remaining pastry.  Seal well and trim the edges. Make some slits in the top, brush with beaten egg and bake for around 60 minutes. Leave the Sinizza to cool completely before removing it from the tin and slicing it. Ricetta ta' Anton B. Dougall

Comments are closed.