Menu

Rubbed Fillet of Pork on a Grilled Aubergine Parmeggiana

Serves 2
Prep Time 35 mins
Cooking 30 mins
Level medium

Ingredjenti

  • Kuċċarina Kemmun
  • Kuċċarina paste tal-ġinġer
  • Kuċċarina paste tat-tewm
  • Mgħarfa paprika
  • Kuċċarina ħwawar imħalltin
  • 1 Fillet żgħir tal-majjal
  • Mgħarfa Zejt taż-żebbuġa
  • Brunġiela kbira
  • Bżar u melħ għat-togħma
  • 3 sinniet tewm imfarrkin
  • 200ml tadam tal-Mayor bil-krema bajda
  • Kuċċarina klin u tursin frisk imqatta'
  • 100g Parmiġġjan maħkuk
  • Ftit insalata biex isservi

Ħallat flimkien il-kemmun, il-paprika, il-ħwawar imħalltin u l-ġinġer u idlek tajjeb il-flett tal-majjal. Saħħan taġen bil-gradija bi ftit żejt u sajjar sew il-majjal miż-żewġ naħat. Poġġi l-majjal f'dixx tal-forn u kompli sajjar skont il-gosti tiegħek f'temperatura ta' 68C. Fl-istess taġen, iggrilja l-brunġiel roti roti u żid il-bżar u l-melħ. Żid it-tewm imfarrak fit-taġen u ħallih itektek fuq nar baxx sakemm jieħu l-kulur. Żid it-tadam tal-Mayor bil-krema bajda u roxx ftit parmiġġjan. Fl-aħħar itfa' l-krema tat-tadam u l-parmiġġjan fil-wiċċ u ggrilja fil-forn sakemm jieħdu ftit kulur. Servi l-parmiġġjana bil-flett tal-majjar fuqha u bl-insalata.

Recipe By Neil Darmanin

Ritratt Borda Audio Visual

View Recipe on Aceline website by clicking HERE

Comments are closed.