Menu

Ravjul tal-Irkotta bil-Krema tal-Lumi u ż-Żebbuġ

Serves 1
Prep Time 5 mins
Cooking 15 mins
Level low

Ingredjenti

  • 12 Ravjul tal-irkotta friżat tad-Divini
  • 200ml Stokk tal-ħut
  • 150g Krema ħafifa tal-Ħanini
  • 4 Tazzi nbid bojod
  • 3 Sinniet tewm
  • 80g Butir mielaħ
  • 2 Basliet, imqattgħin
  • 1 Kuċċarina weraq tas-sagħar
  • 12 Żebbuġ Kalamata sħiħ mingħajr għadma
  • 6 Tadam ċirasa (cherry tomatoes), maqtugħin min-nofs
  • 1 Lumija
Saħħan ftit butir f'taġen u qalli l-basla u t-tewm sakemm jieħdu l-kulur. Żid iż-żebbuġ, is-sagħtar u t-tadam u sajjar għal 2 minuti. Itfa'l-inbid abjad, l-istokk tal-ħut u ħallih itektek sakemm jonqos bin-nofs. Żid il-krema, il-qoxra tal-lumija u l-lumija magħsura, u ħallih itektek sakemm jerġa' jonqos bin-nofs. Sadanittant, sajjar ir-ravjul f'ilma mielaħ li jkun jagħli. Fl-aħħar, ħallat il-kumplament tal-butir maz-zalza, żid ftit bżar u melħ u servi fuq ir-ravjul. Ricetta ta’ Aceline Media

Comments are closed.