Menu

Torta tal-Irkotta u l-Piżelli bil-Ġunġlien

Serves 8
Prep Time 10 mins
Cooking 30 mins
Level low

Ingredjenti

  • 270g/6 Strixxi tal-għaġina filo
  • 3-4 Mgħaref żejt taż-żebbuġa
  • 1 Pakkett soppa tal-piżelli u l-perżut
  • 350ml Ħalib kiesaħ
  • 750g Irkotta tal-Ħanini
  • 500g Bott piżelli tal-Mayor, mingħajr ilma
  • 1 Mgħarfa ġunġlien
Saħħan il-forn f'temperatura ta' 200`C. Idlek dixx tond tat-torti ta' 26ċm bi ftit żejt taż-żebbuġa. Poġġi 4 strixxi għaġina madwar id-dixx kollu (idlek kull waħda bi ftit żejt) b'tali mod li jkollok in-naħat kollha mgħottija u jkollok ftit żejda mat-truf. F'kazzola, itfa' t-trab tas-soppa ma' 300ml ħalib u saħħan sakemm tiġi magħquda billi tħawwad kontinwament. Neħħiha minn fuq in-nar. F'kontenitur kbir, għaffeġ il-piżelli b'furketta. Żid l-irkotta u s-soppa u ħallat kollox flimkien. Itfa' din it-taħlita fid-dixx tat-torta, itwi ż-żejjed tal-għaġina fuq it-taħlita u idlek bil-kumplament taż-żejt. Żejjen il-wiċċ tat-torta biż-żewġ strixxi tal-għaġina li jkun fadal u erġa' idlek bi ftit oħra żejt. Ferrex il-ġunġlien fil-wiċċ u sajjar it-torta f'temperatura ta' 200`C għal madwar 30 minuta sakemm isir il-mili u l-għaġina tieħu l-kulur. Oħroġha mill-forn u ħalliha toqgħod għal 15-il minuta qabel ma tneħħiha mid-dixx u sservi. Riċetta oriġinali ta' Manuel Aquilina

Comments are closed.