Menu

Soppa tat-Tadam u l-Laħam bit-Tortellini

Serves 6
Prep Time 15 mins
Cooking 200 mins
Level low

Ingredjenti

  • 300g Laħam (beef knuckle)
  • 1 Zokk ta' karfusa mqatta'
  • 1 Kurrat, imqatta'
  • 2 Mgħaref kunserva tat-Three Hills
  • 12 Tadam ċirasa (cherry tomatoes), maqsum f'erbgħa
  • 1 Karrotta kbira, imqattgħa
  • 100g Fażola ħadra
  • Ftit weraq kale
  • 100g Tortellini tal-laħam nexfin
  • 1 Bezzun żgħir
  • 1 Kuċċarina origano
  • Ftit butir

Ħalli l-laħam itektek għal 3 sigħat f'5 litri ilma sakemm jirtab. Neħħi l-laħam mill-istokk u żid it-tadam, il-kunserva, il-karfus u l-kurrat u ħallih itektek għal 10 minuti. Iftaħ il-laħam fi ħjut b'żewġt ifrieket u erġa' żidu mal-istokk. Ħallih sakemm jagħli u żid it-tortellini u ħallik itektek għal 5 minuti. Neħħi l-borma minn fuq in-nar, żid il-favola u l-weraq tal-kale, itfa' ftit bżar u melħ u sajjar għal 2 minuti. Sadanittant, qatta' l-bezzun forma dijagonali u rqiq kemm jista' jkun, idlek ftit butir, itfa' ftit origano u ggriljah sakemm jieħu ftit kulur u servih mas-soppa.

Ricetta ta’ Aceline Media

Comments are closed.