Menu

Scaloppini tal-Vitella

Serves 2
Prep Time 25 mins
Cooking 10 mins
Level medium

Ingredjenti

  • 2 Thin Slices of veal
  • 2 Beaten Eggs
  • 100ml Milk
  • 5 Mgħaref dqiq
  • 5 Mgħaref frak tal-ħobż irqiq ħafna
  • Flieli tal-lumi
  • 1 Mgħarfa marġerina
  • 50ml Zejt
  • Bżar mitħun frisk u melħ
Ipprepara l-vitella ġo platt. Qiegħed il-ħalib u l-bajda ġo skutella u ħabbathom tajjeb flimkien. Roxx ftit bżar u melħ. Ipprepara 2 platti kbar u ċatti. Ferrex id-dqiq fuq wieħed minnhom u l-frak tal-ħobż fuq l-ieħor. Għaddi l-vitella l-ewwel mid-dqiq u wara mit-taħlita tal-ħalib. Fl-aħħar għaddiha mill-frak tal-ħobż u qis li tiksiha sew. Saħħan ftit żejt u marġerina ġo taġen kbir. Aqli l-vitella miż-żewġ naħat; ma tiħux ħafna ħin biex issir. Servi mill-ewwel flimkien mal-flieli tal-lumi u insalata. Ricetta ta' Anton B. Dougall

Comments are closed.