Menu

Avocado bil-Gambli

Serves N/A
Prep Time 25 mins
Cooking 10 mins
Level low

Ingredjenti

  • ½ avocado għal kull persuna
  • 150g Gambli mdaqqsin
  • 3 Mgħaref Mayonnaise
  • Tewm
  • Qoxra ta’ lumija maħkuka
  • Żejt taż-żebbuġa
  • Bżar mitħun frisk u melħ
Metodu Jekk se tuża gambli tal-friża, ħalli l-friża tinżel minn mal-gambli. Jekk se tuża dawk friski, saħħan ftit żejt u qallihom flimkien ma’ ftit tewm. Issajjarx għal żmien twil. Neħħi l-gambli lesti mit-taġen, qattarhom tajjeb miż-żejt u poġġihom fuq karta tal-kċina biex ikompli jinxtorob iż-żejt. Aħsel u aqsam l-avocado min-nofs. Neħħi l-għadma u ħaffer kull nofs. Qatta’ l-mili tal-avocado li tkun neħħejt f’biċċiet żgħar u poġġih ġo skutella. Żid il-gambli u t-tliet mgħaref mayonnaise miegħu. Roxx ftit bżar u melħ u żid il-qoxra maħkuka tal-lumija. Ħawwad tajjeb. Jekk trid tista’ żżid ftit bżar aħmar jew paprika. Imla n-nofsijiet tal-avocado b’din it-taħlita. Żommhom fil-friġġ sakemm isservi.

Comments are closed.