Menu

Laħam il-Forn bil-Ħaxix

Serves N/A
Prep Time mins
Cooking mins
Level medium

Ingredjenti

  • 800g Falda (beef flank steak)
  • 2 Mgħaref sauce tal-cranberry
  • 1 Sinna tewm, imqattgħa
  • Klin, frisk, sħiħ u mqatta'
  • 6 Strixxi bejken, streaky
  • 1x 400g Bott Mushrooms tal-Mayor
  • 100g Parmiġġjan maħkuk
  • Meraq ta' lumija
  • 2 Mgħaref ġewż imfarrak
  • 3 Mgħaref frak tal-ħobż frisk
  • 1 Baby spinach
  • 2 Mgħaref Butir
  • 3 tbsp Extra Virgin Olive Oil
  • 1 Zunnarija bajda (parsnip)
  • 2 karrotti, imqattgħin fini
  • 1 Basla tal-bużbież
  • 2 Mgħaref għasel
  • Sagħtar frisk
  • Bżar u melħ għat-togħma
  • Spaga jew xibka għal-laħam
Poġġi l-laħam fuq il-wiċċ tal-mejda u aqtgħu b'sikkina tajba, b'tali mod li kemm jista' jkun ikollok il-ħxuna tal-laħam indaqs. Roxx ftit bżar u melħ. Ferrex il-cranberry u itfa' l-klin u t-tewm. Iksi l-laħam billi żżid il-biċċiet tal-bacon, il-faqqiegħ mingħajr ilma, il-Parmiġġjan, il-meraq tal-lumija, il-ġewż, il-frak tal-ħobż, u l-weraq tal-ispinaċi. Dawwar il-laħam bil-mod mill-parti l-wiesgħa u ssikka kemm tista'. Orbot il-laħam bl-ispaga jew bix-xibka u poġġi iktar zkuk bil-weraq tal-klin madwar il-laħam taħt ix-xibka. Idlek bi ftit butir u żejt taż-żebbuġa u sajjar fuq nar għoli għal 35 minuta. (Dan jista' jvarja skont il-ħxuna tal-laħam u t-temperatura neċessarja). Sadanittant, aħsel, qaxxar u qatta' l-ħaxix fi strixxi kbar. Itfa' ftit għasel, sagħtar u bżar u melħ. Sajjar fil-forn f'temperatura ta' 200°C sakemm isir u jieħu l-kulur u servi mal-laħam imqattgħa. Ricetta ta’ Aceline

Comments are closed.