Saħħan il-forn għal 150 Gradi Celcius u żomm it-temperatura għall-ħin tat-tisjir. Ħawwad flimkien il-bajd u z-zokkor. Żid il-piċtaċċi mqattgħin, il-butir kiesaħ u mdewweb, id-dqiq u ftit trab tal-ħami (baking powder). Ferra' t-taħlita ġo dixx tal-kejkijiet u itfa' f'forn jaħraq għal madwar 45 minuta. Kif isir, ħalli l-kejk jiksaħ għal 5 minuti. Hekk kif jibred, ferrex il-krema tal-pistaċċi fuq il-wiċċ tal-kejk (tista' żżid fin-nofs tal-kejk) u żejjen bil-pistaċċi mqattgħin.