Menu

Tortellini biz-Zalza tat-Tadam Cherry

Serves 4
Prep Time 10 mins
Cooking 35 mins
Level low

Ingredjenti

  • 500g Tadam cherry frisk
  • 450g Tortellini, liema tip tiggosta
  • ½ Nofs bott Basal tal-Mayor
  • 3 sinniet tewm, imqattgħin
  • Ħabaq frisk
  • Żejt taż-żebbuġa
  • Bżar mitħun frisk u melħ
Qaxxar u qatta’ t-tewm. Aħsel tajjeb it-tadam u aqsmu min-nofs. Ħalli ftit tadam biex iżżejjen. Saħħan ftit żejt ġo taġen kbir u qalli t-tewm mal-basal tal-Mayor. Ma jridux jieħdu kulur. Baxxi n-nar u żid it-tadam u l-ħabaq. Roxx ftit bżar u melħ u ħawwad tajjeb. Kompli sajjar fuq nar baxx għal madwar 25 minuta filwaqt li tħawwad ta’ spiss. Sadanittant, sajjar it-tortellini skont kif miktub fuq il-pakkett. Qattar tajjeb. Qiegħed it-tortellini fiz-zalza lesta u ħawwad għal ftit ħin. Servi sħan u żejjen bit-tadam maqtugħ flieli u ftit oħra weraq tal-ħabaq. Ricetta ta' Anton B. Dougall 

Comments are closed.