Menu

Ossubuco

Serves N/A
Prep Time 35 mins
Cooking 110 mins
Level medium

Ingredjenti

  • 3 jew 4 Bicciet Ossobuco , jiddependi d -daqs
  • 120g karotti mqattgha zghar
  • 60g celery sticks
  • Bott basal tal-Mayor
  • 2 Sinniet tewm
  • Saghtar
  • 1 Tazza nbid bajda
  • 2 Tbsp Dqiq
  • 500ml Stock tat-tigieg bl-Ispoon Stock
  • Żejt, għall-qali
  • Bżar u melħ għat-togħma
Roxx ftit bżar u melħ fuq kull naħa tal-laħam. Aqta' l-ħaxix kollu biċċiet żgħar. Saħħan borma mdaqqsa, saħħan sewwa. Żid ftit żejt u ibda qalli l-ħaxix. Qabel dan jibda jieħu l-kulur iġbor u poġġi fuq karta tal-kċina. Għaddi l-laħam mid-dqiq, farfar iż-żejjed. Aqli għal madwar 5 minuti fuq kull naħa. Neħħi l-laħam u poġġi wkoll fuq karta tal-kċina. Żid l-inbid, l-istock u l-ħaxix. Għalli u sajjar għal 5 minuti fuq nar baxx. Poġġi l-laħam f’din iz-zalza u sajjar fuq nar baxx ħafna għal madwar 90 minuta. Importanti li l-laħam ikun sar. Dan tista' ssajru fuq in-nar dejjem fuq fjamma baxxa. Tista' ssajru fil-forn ġo borma bil-għatu jew ġewwa casserole. Ricetta ta' Anton B. Dougall

Comments are closed.