Menu

One-Pan Crispy Chicken, Spaghetti and Olives

Serves N/A
Prep Time 25 mins
Cooking 40 mins
Level medium

Ingredjenti

  • 2 mgħaref żejt taż-żebbuġa
  • 2-3 Koxox tat-tiġieġ bil-għadam u bil-ġilda
  • Bżar u melħ
  • 1 Basla, imqattgħa
  • 2 Mgħaref kunserva tat-Three Hills
  • 2 Sinniet tewm
  • 1 tbsp Leaves Fresh Thyme
  • 240ml Stokk tat-tiġi
  • 120g , broken into thirds Spaghetti Pasta
  • 8-10 Żebbuġ iswed, sħiħ
  • 20g Parmiġġjan, maħkuk
  • 20g Frak tal-ħobż
  • 1 Mgħarfa tursin frisk, imqatta'
  • 1 Kuċċarina qxur ta' lumija
Saħħan il-forn f'temperatura ta' 220°C (Gass Numru 7). Żid mgħarfa żejt f'taġen u saħħan fuq nar għoli. Itfa' l-bżar u l-melħ mat-tiġieġ, u sajjarhom fiż-żejt min-naħa tal-ġilda. Sajjar għal 7 minuti, mingħajr ma ddawwarhom, sabiex jieħdu l-kulur. Baxxi n-nar għal wieħed medju-għoli, żid il-basla u dawwar it-tiġieġ. Sajjar għal 5 minuti sakemm tirtab u tieħu l-kulur il-basla. Żid il-kunserva, it-tewm u nofs is-sagħtar u sajjar waqt li tħawwad il-kunserva mal-basal għal żewġ minuti, sakemm kollox jieħu l-kulur. Żid l-istokk u wara żid l-ispagetti billi tħawwad tajjeb. Uża tongs sabiex terfa' l-biċċiet tat-tiġieġ għall-wiċċ bin-naħa tal-ġilda n-naħa ta' fuq u żid iż-żebbuġ. Ħallih jagħli, għattih u itfgħu fil-forn għal nofs siegħa sakemm jinxtorob l-ilma. Sadanittant, f'kontenitur żgħir, ħallat flimkien, il-parmiġġjan, il-frak tal-ħobż, il-ħabaq u l-qoxra tal-lumija flimkien mal-kumplament tas-sagħtar. Wara nofs siegħa, neħħih mill-forn u ssettja t-temperatura sabiex tiggrilja. Ferrex it-taħlita tal-parmiġġjan fuq l-għaġin u t-tiġieġ, itfa' l-kumplament taż-żejt u erġa' itfgħu fil-forn għal 3-4 minuti, sakemm jieħu l-kulur. Ħallih joqgħod għal 5 minuti qabel ma sservi. Ricetta ta’ Aceline Media

Comments are closed.