Pancakes tal-Lumi u ż-Żerriegħa tal-Pepprin bl-Irkotta u Frott Irqiq
Serves 4
Prep Time 15 mins
Cooking 30 mins
Level medium
Ingredjenti
- 260g Dqiq normali
- 2 Kuċċarina Baking powder
- Niskata melħ
- 4 Mgħaref zokkor abjad fin (caster sugar)
- Meraq ta' lumija
- 1 Mgħarfa żerriegħa tal-pepprin (poppy seeds)
- 260ml Ħalib Frisk
- 1 Kuċċarina essenza tal-vanilla
- 2 Bajdiet
- Kulur tal-ikel, roża u lelà
- 3 Mgħaref butir imdewweb
- 250g Hanini Irkotta
- 2 Mgħaref icing sugar
- 1 Kaxxa frott irqiq: mirtill u lampuni (raspberries u blueberries)
- 1 Box Fresh Blueberries
F'kontenitur ħallat flimkien l-irkotta, l-icing sugar u l-essenza tal-vanilla. Poġġi t-taħlita fil-friġġ. Għarbel id-dqiq u l-baking powder f'kontenitur u ħallat magħhom il-melħ, iz-zokkor, iż-żerriegħa tal-pepprin u l-qoxra tal-lumija. Itfa' l-ħalib, il-bajd u l-essenza tal-vanilla f'kontenitur ieħor u ħawwad kollox f'daqqa. Żidhom mat-taħlita tad-dqiq flimkien ma' tliet mgħaref butir imdewweb u ħawwad kollox flimkien. F'kazzola, saħħan ftit ieħor butir u sajjar 2 pancakes. Ħu ftit mit-taħlita tad-dqiq u żid ftit kulur kull darba. Meta tkun sajjart il-pancakes kollha u ħallejthom jiksħu, poġġihom fuq xulxin u agħmel saff irkotta kull darba. Żejjen il-wiċċ bil-frott irqiq frisk(raspberries u blueberries) u ftit icing sugar. melted butter and whisk together until smooth. Heat a little extra butter in a small pan and fry 2 pancakes. Take a small amount of batter, adding in more pink and lilac colouring to the batter each time. When the pancakes are all cooked and cooled down, layer on a serving dish with the ricotta filling, decorate the top with the fresh berries and a dusting of the icing sugar.
Riċetta oriġinali tal-Kok Manuel Aquilina