Stuffat tal-Qarnit
Serves 4
Prep Time 45 mins
Cooking 110 mins
Level medium
Ingredjenti
- 1 Kg Octopus
- 400g Polpa tal-Mayor
- 400g Potatoes, chopped
- 300g Basal tal-Mayor
- 120g Frozen Peas
- 60g Black Olives
- 25g Three Hills Kunserva (tomato paste)
- 1 Glass Red Wine
- 3 sinniet tewm, mqattgħin
- Qoxra ta’ lumija maħkuka
- Żejt taż-żebbuġa
Għalli l-qarnita għal madwar 35-40 minuta. Itfi n-nar u ħalliha fil-misħun sakemm jibred sew. Qaxxar t-tewm u qatta‘ f’biċċiet żgħar u poġġihom ġo skutella. Qaxxar u qatta‘ l-patata f’biċċiet żgħar u poġġiha ġo skutella bl-ilma. Saħħan ftit żejt ġo taġen kbir u fond u qalli l-basal u t-tewm għal ftit minuti. Ħawwad il-ħin biex ma jiskurawx. Żid il-kunserva, tadam, patata, piżelli, inbid aħmar, qoxra tal-lumija u żebbuġ. Ħawwad tajjeb. Qiegħed fuq nar moderat sakemm it-taħlita tiftaħ tagħli u mbagħad baxxi n-nar. Sadanittant, neħħi l-qarnita mill-ilma, qattarha u qattagħha f’biċċiet imdaqqsin. Żid il-qarnita maz-zalza u kompli sajjar għal madwar 40 minuta, dejjem fuq nar baxx. Ħawwad kultant u żid ftit ilma fietel jekk tara li z-zalza tkun qed tinxef. Servi ma‘ ftit ħobż mixwi.
Ricetta ta' Anton B. Dougall