Menu

Risotto bil-faqqiegh

Serves 2
Prep Time 20 mins
Cooking 35 mins
Level low

Ingredjenti

  • 1x 400g Bott Mushrooms tal-Mayor
  • 400g ross li jkun apposta ghar-risotto
  • 50g Butir
  • 50g Ġobon Parmiġjan
  • 200g Basal imqatta’ tal-Mayor
  • 1-1.3L Stokk tat -tigieg maghmul bl-ispoon stock
  • 2 mgħaref żejt taż-żebbuġa
  • Bżar mitħun frisk u melħ
Għalli l-misħun biex tagħmel l-istokk bl-Ispoon Stock ta’ Pinto’s Pride. Baxxi n-nar biex il-likwidu jibqa’ jbaqbaq bil-mod. Dewweb nofs il-butir flimkien maż-żejt f’kazzola li jkollha qiegħ oħxon. Żid il-basla, il-mushrooms u sajjar għal 4-5 minuti fuq nar bati. Żid ir-ross u ħawwad tajjeb sakemm dan jinkesa kollu biż-żejt. Sajjar għal madwar minuta u żid 150ml stokk. Żid il-likwidu ftit, ftit filwaqt li tħawwad il-ħin kollu. Xħin tara li l-likwidu qed jinxtorob, żid aktar minnu. Ir-risotto jdum madwar 25-30 minuta biex isir. Is-sajran tar-ross jitlob l-attenzjoni kollha tiegħek. Jekk in-nar ikun qawwi ħafna, ir-ross jiġi artab minn barra iżda jibqa’ iebes minn ġewwa. Jekk in-nar ikun baxx, ir-ross jispiċċa tagħsida waħda. Wara 20 minuta sajran, naqqas l-ammont ta’ likwidu li tkun qed iżżid. Ibqa’ ħawwad tajjeb il-ħin kollu. Xħin tara li r-ross ikun irtab iżda fl-istess ħin għadu wieqaf ikun ifisser li r-risotto sar. Irid jiġi qisek għamilt il-krema miegħu. Fl-aħħar żid il-bqija tal-butir u l-ġobon Parmiġġan maħkuk. Servi mill-ewwel. Ricetta ta' Anton B. Dougall

Comments are closed.