Aqta' l-għaġina sfiljorata f'forma rettangolari u taqqabha b'furketta. Uża l-għaġina ż-żejda sabiex issaħħaħ it-truf. Żid ftit ħalib jew krema mal-isfar tal-bajd sabiex tidlek l-għaġina. Saħħan il-forn u sajjarha f'temperatura ta' 190°C sakemm tieħu l-kulur. Neħħiha mill-forn u ħalliha tiksaħ. Sadanittant, saħħan ftit żejt ġo taġen, sajjar il-basla, il-ġinġer u l-ħwawar. Żid il-kapuljat, itfa' ftit bżar u melħ, u sajjar sakemm isir. Fl-aħħar żid il-fażola u l-kaponata u ħawwad tajjeb. Imla l-ftira bit-taħlita u ferrex il-ġobon, u sajjar f'temperatura ta' 180°C sakemm tieħu l-kulur u servi.

Ricetta ta’ Aceline