Menu

Meatloaf with Tomato Sauce

Serves 5
Prep Time 10 mins
Cooking 30 mins
Level low

Ingredjenti

  • 1 Mgħarfa żejt taż-żebbuġa
  • ½ can of Mayor Diced Onions
  • 1 sinna tewn, mitħuna
  • 2 tbsp Three Hills Kunserva Traditional Tube
  • 500g kapuljat tal-laħam
  • 1 bajda
  • 85g frak tal-ħobż, frisk
  • Ingredjenti għaz-Zalza Ħamra:
  • 1 Mgħarfa żejt taż-żebbuġa
  • ½ can of Mayor Diced Onions
  • 1 karrotta, imqattgħa fina
  • 1 zokk ta' karfusa, imqatta' fin
  • 1 sinna tewm, imqattgħa fina
  • 500ml kunserva tat-Three Hills bil-basal u t-tewm
  • Piżelli, mgħaffġin, sabiex isservi (jekk trid)
Metodu: Saħħan iż-żejt f'taġen u żid il-basal. Sajjar għal 4-5 minuti fuq nar baxx, u wara żid it-tewm. Ħallih jiksaħ għal kollox. Sabiex tagħmel iz-zalza tat-tadam, saħħan iż-żejt f'kazzola u qalli l-basla, il-karrotta u l-karfus għal 3-4 minuti. Żid it-tewm u sajjar għal minuta. Żid ukoll il-kunserva tal-basal u t-tewm u ħallih itektek. Itfa' ftit bżar u melħ u sajjar għal 5 minuti. Saħħan il-forn f'temperatura ta' 180C/160C fann/gass numru 4. Ħallat il-basal il-kiesaħ mal-kunserva l-ħamra, l-ikkapuljat, il-bajda u l-frak tal-ħobż u żid ftit melħ u bżar. Ħu dixx ta' daqs apposta, 900g, u poġġi karta strazza fih. Itfa' fih it-taħlita tal-pulpettun. Sajjar għal 20-25 minuta jew sakemm iddaħħal furketta fih u tara li jkun jaħraq sew hekk kif toħroġha. Ħallih joqgħod għal 10 minuti qabel ma toħorġu mid-dixx. Servi biċċiet tal-pulpettun u ferrex ftit zalza ħamra fuqu. Għatti l-kumplament tal-pulpettun li jibqa' u servih fil-ħobż. Jista' jibqa' friżat sa xahar.

Comments are closed.