Menu

Stuffat tac-Canga

Serves 4
Prep Time 20 mins
Cooking 95 mins
Level medium

Ingredjenti

  • 600g Cubes Beef
  • 200g Basal imqatta’ tal-Mayor
  • 200g Karrotti
  • 200g Piżelli tal-friża
  • 8 Patatiet
  • 50g Kunserva Three Hills
  • Flixkun birra pale ale
  • 6 Mgħaref dqiq
  • 2 mgħaref żejt taż-żebbuġa
  • Werqa randa
  • 600ml Stokk taċ-ċanga bl-Ispoon Stock
  • ½ Kuċċarina Noċemuskata
  • Ftit karfus

Għaddi l-laħam mid-dqiq. F’taġen imdaqqas, saħħan ftit żejt u qalli l-laħam malajr minn barra. Poġġi l-laħam ġo casserole jew kazzola baxxa. Fl-istess taġen li qlejt il-laħam qalli l-basal imqatta’ biċċiet. Żid ftit noċemuskata maħkuka u werqa randa. Żid il-birra, l-istokk, il-kunserva, u qalli għal madwar 4 minuti. Wara, itfa’ t-taħlita fuq il-laħam. Qatta’ l-karrotti biċċiet żgħar u żidhom mal-laħam. L-istess il-patata; qaxxarha u qattagħa biċċiet żgħar u żidha mal-laħam. Itfa’ biċċiet tal-karfus imqatta’ u l-piżelli u sajjar fuq nar baxx għal 70 minuta. Servi sħun ma’ biċċa ħobz tal-Malti.

Ricetta ta' Anton B. Dougall

Comments are closed.