Menu

Lasagna Vegetarjana

Serves 4
Prep Time 25 mins
Cooking 15 mins
Level medium

Ingredjenti

  • 300g Kapuljat veġetarjan
  • 2 mgħaref żejt taż-żebbuġa
  • 1 Basla, imqattgħa fina
  • 2 Sinniet tewm
  • 2 Zkuk ta' karfusa, imqatta' fin
  • 3 Mgħaref pesto aħmar
  • 100ml Stokk tal-ħaxix
  • 400g Zalza sugu tat-tadam
  • 3 Mgħaref ħabaq frisk, imqatta'
  • 1 Kuċċarina origano, niexef
  • Bżar u melħ għat-togħma
  • 2 Qarabagħli kbar, imqattgħin irqaq u tawwalin
  • 250g Irkotta tal-Ħanini
  • 60ml Krema b'xaħam baxx
  • 1/4 Kuċċarina noċimuskata
  • 1/2 Kuċċarina melħ
  • 1/2 Kuċċarina bżar
  • 6 Tadam ċirasa, maqsum min-nofs (cherry tomatoes) (jekk trid)
  • 30g Ġobon veġetarjan, maħkuk
Saħħan iż-żejt f'taġen fuq nar medju u aqli l-basal bil-mod għal 4-5 minuti sakemm jirtabu, billi tħawwad kontinwament. Żid it-tewm u l-karfus u sajjar għal 2 minuti oħra. Itfa' l-pesto l-aħmar, l-istokk tal-ħaxix u s-sugu tat-tadam. Ħallih jagħli, għattih u ħallik itektek għal 10 minuti. Żid ukoll l-ikkapuljat. Għatti u kompli sajjar għal 2 minuti oħra. Itfa' l-ħabaq u l-origano u l-bżar u l-melħ. Saħħan gradilja fuq nar għoli u grilja l-qarabagħli għal 1-2 minuti fuq kull naħa. F'kontenitur, ħallat flimkien l-irkotta, il-krema, in-noċimuskata, il-bżar u melħ u nofs il-ġobon maħkuk. F'dixx tal-forn, agħmel saff bil-qarabagħli, iksih bl-ikkapulajt u erġa' agħmel saff ieħor qarabagħli. Itfa' t-taħlita tal-irkotta fil-wiċċ u żejjen bi ftit tadam ċirasa, bżar u l-kumplament tal-ġobon. Sajjar f'forn jaħraq ta' 200C/400F/Gass 6 għal 20 minuta.  

Comments are closed.