Falda tal-baqra biz-Zalza Chimichurri
Serves 4
Prep Time 190 mins
Cooking 30 mins
Level medium
Ingredjenti
- 600g Falda (flank steak)
- 100ml Żejt taż-żebbuġa
- Meraq ta' larinġa
- Meraq ta' 2 lumiċell
- 2 Mgħaref Soy sauce tal-Pinto’s Pride
- 2 mgħaref Worcester tal-Pinto's PridePride
- 2 Mgħaref Ħall tat-tuffieħ tal-Pinto's Pr
- 3 Sinniet tewm
- Bżar mitħun frisk u melħ
- 2 Patatiet msajra bil-qoxra
- 100g faqqiegħ
- Għaz-Zalza Chimichurri
- 4 Mgħaref tursin imqatta'
- 4 Mgħaref kosbor frisk imqatta'
- 1 Basla mqattgħa fina
- 3 Sinniet tewm, imqattgħin fini
- 1 Felfel żgħir, imqatta' fin
- 2 Lumiċell magħsurin
- 2 Mgħaref ħall inbid aħmar
- 100ml Żejt taż-żebbuġa
Ipprepara l-immarinar billi tħawwad flimkien iż-żejt taż-żebbuġa, il-meraq tal-larinġa u tal-lumiċell, is-soy sauce u l-worcestershire sauce, il-ħall tat-tuffieħ u t-tewm. Itfa' ftit bżar u melħ fuq il-laħam u poġġi l-laħam fl-immarinar u ħallih joqgħod għal sagħtejn. Sadanittant, ipprepara z-zalza chimichurri billi tħawwad flimkien l-ingredjenti. Kif ikun lest, iggrilja l-laħam għall-gosti tiegħek u servih biz-zalza chimichurri, bil-patata bil-qoxra u l-faqqiegħ.
Ricetta ta’ Aceline Media