L-ewwel ipprepara l-custard. Ħallat tliet kwarti tal-ħalib u z-zokkor u saħħan fuq nar medju sakemm jibda jagħli. Ħallat flimkien il-custard powder mal-kumplament tal-ħalib sakemm jinħall u żidu mal-ħalib jagħli. Sajjar għal ftit minuti u ħawwad il-ħin kollu. Neħħih minn fuq in-nar u ħallih jiksaħ. Aqta' l-pandispanja biċċiet ħoxnin u għatti l-qiegħ tar-reċipjent bihom. Ipprepara l-ġelatina tal-frawli billi timxi mal-istruzzjoni ta' fuq il-pakkett u uża biss żewġ terzi ta' ilma minn dak indikat. Ferrex din it-taħlita fuq il-biċċiet tal-pandispanja u ħallihom jixxarrbu. Tista' jew iżżid il-custard minnufih jew inkella tistenna ftit sakemm il-pandispanja tixxarrab sew bil-ġelatina. Ħalli ftit ħin sakemm il-custard joqgħod ftit. Sadanittant, ħallat flimkien il-krema u l-irkotta tal-Ħanini. Żid iz-zokkor u x-xorb u ħawwad tajjeb. Ferrex it-taħlita fuq il-custard u żejjen biċ-ċiras, ġewż jew lewż inkaljat.

Ricetta ta' Anton B Dougall