Menu

Pate tal-Fwied

Serves N/A
Prep Time 15 mins
Cooking 9 mins
Level medium

Ingredjenti

  • 375 Butir mhux mielah
  • 400g Fwied tat-tigieg
  • 2 Sinniet tewm, 1 mghaffga ,1 mqattgha fina
  • Ftit weraq tas-saghtar
  • 3 Mgharef inbid Marsala
  • 4 Bicciet hobz (brioche)
  • 1 Tuffieha ,minghajr zerriegha u mqattgha u
  • Chutney tal basal, biex isservi

Saħħan mgħarfa mill-butir f'taġen li ma jwaħħalx fuq nar medju. Kif il-butir jibda jbaqbaq, żid il-fwied tat-tiġieġ u aqlih għal 2 minuti fuq kull naħa. Itfa' t-tewm il-mgħaffeġ, ftit mis-sagħtar u l-inbid fit-taġen mal-fwied. Aqli għal 2 minuti, u ħalli l-inbid itektek. Itfa' t-taħlita ġo food processor, warrab 200g mill-butir u żid il-bqija fil-processor. Ħawwad kollox flimkien. Żid ftit bżar u melħ skont il-bżonn u poġġi fi flixken żgħar tal-ħġieġ bil-għatu 4 x 70ml. Dewweb il-kumplament tal-butir f'taġen u żid it-tewm l-imqatta'. Ħawwad sakemm jieħu l-kulur. Itfa' din it-taħlita fil-flixken tal-ħġieġ tal-paté b'tali mod li titfa' ftit biċċiet tat-tewm u l-kumplament tas-sagħtar f'kull flixkun. Kessaħ fil-friġġ minn tal-inqas 4 sigħat, jew sakemm joqgħod. Jista' jsir minn jumejn qabel. Qabel ma sservi, ixwi l-ħobż u aqtgħu f'forma trijangulari. Għaddi t-tuffieħa miċ-chutney. Servi l-paté fuq bords żgħar tal-injam flimkien mal-ħobż mixwi u ċ-chutney.

Ricetta ta' Anton B. Dougall

Comments are closed.