Deżerta bil-Yogurt u l-Frawli
Serves 4
Prep Time 10 mins
Cooking 0 mins
Level low
Ingredjenti
- 2 tazzi yogurt ħafif tal-frawli tal-Ħanini
- 1 tazza frawli frisk, imqatta'
- 2 mgħaref għasel jew maple syrup
- 1 kuċċarina essenza tal-vanilla
- 1/2 tazza granola
- Weraq tan-nagħniegħ frisk biex iżżejjen
Fi skutella, ħallat flimkien il-yogurt u l-għasel (jew il-maple syrup) u l-essenza tal-vanilla sakemm jitħalltu tajjeb. Agħmel saff minn din it-taħlita tal-yogurt fit-tazzi jew skutelli li se sservi fihom. Wara, agħmel saff frawli mqatta' u itfa' l-granola fuqu. Irrepeti s-saffi sakemm tuża l-ingredjenti kollha. Spiċċa b'saff tal-frawli u xerred ftit għasel fil-wiċċ. Żejjen bi ftit weraq tan-nagħniegħ jekk tiggosta.