Menu

Għaġin bl-Irkotta u l-Lumi

Serves 4
Prep Time 7 mins
Cooking 35 mins
Level low

Ingredjenti

  • 500g Linguine
  • Kikkra ilma ta’ l-għaġin
  • 150g weraq tar-rukola
  • 2 Imgħaref żejt taż-żebbuġa
  • Mgħarfa qoxra tal-lumija maħkuka
  • 2 Imgħaref meraq tal-lumi
  • 250g Hanini Irkotta
  • 75g Ġobon Pekorin tal-Hanini
  • Bżar
Segwi l-istruzzjonijiet fuq il-pakkett biex issajjar l-għaġin. Irriserva kikkra tal-ilma tal-għaġin meta isaffi l-għaġin misjur. Poġġi l-irkotta, mgħarfa żejt taż-żebbuġa, meraq tal-lumi, qoxra tal-lumi, nofs l-ilma tal-għaġin u Pekorin maħkuk ġo skutella kbira. Uża blender tal-elettriku biex tgħaqqad l-ingredjenti kollha flimkien sakemm tifforma puree. Saħħan il-kumplament taż-żejt taż-żebbuġa fuq nar medju ġo kazzola kbira. Żid it-taħlita tal-irkotta mħallta. Żid il-linguine u ħawwad bil-mod, imbagħad żid l-ilma tal-għaġin ftit ftit sakemm il-konsistenza taz-zalza tkun kremuza u tiksi l-għaġin. Żid il-rukola u żejjen b’aktar pekorin, bżar u lumi. Servi immedjatament. Riċetta ta’ Lea Hogg. Ricetta ta' Lea Hogg

Comments are closed.