Menu

Torta bil-Qaqoċċ u l-Kurrat

Serves 4
Prep Time 30 mins
Cooking 35 mins
Level medium

Ingredjenti

  • 2 mgħaref żejt taż-żebbuġa
  • 3, Kurrat, maħsul u mqatta' roti roti
  • Nofs bott tal-Mayor basal imqatta’
  • 2 Sinniet Tewm Frisk u Mqatta'
  • 1 Bott Qaqoċċ tal-Mayor
  • 250g Irkotta tal-Hanini
  • 55g Pekorin maħkuk tal-Hanini
  • 1 bajda
  • Xibt, imqatta'
  • Tursin, imqatta'
  • 10/12-il folja għaġina Filo
  • 85g Butir maħlul
Saħħan iż-żejt taż-żebbuġa f’kazzola fonda u żid il-kurrat u l-basla. Żid il-ħwawar u sajjar fuq nar medju billi tħawwad ta’ spiss sakemm il-kurrat u l-basla jirtabu. Żid it-tewm u sajjar għal 2 minuti oħra. Ara li t-taħlita ma tiġix likwida ħafna għax inkella t-torta tiġik imxarrba. Filkas, għolli n-nar u sajjar l-ilma żejjed. Żid il-qaqoċċ u ħallihom jiksħu. Ħallat flimkien l-irkotta, il-Pekorin, il-bajd u l-ħwawar f’kontenitur kbir. Żid il-ħaxix il-kiesaħ u kompli żid il-ħwawar u ħawwad b’furketta. Agħmel spazju biżżejjed fuq il-bank sabiex tifforma l-għaġina, wisgħa ta’ metru. Ifrex folja tal-għaġina filo fuq il-bank, tħares lejk mit-tul u idlikha bil-butir. Idlek żewġ folji oħra bil-butir u poġġihom fuq l-oħra. Agħmel l-istess bi tliet folji oħra b’tali mod li tpoġġihom fuq il-folji l-oħrajn bi 3ċm min-naħa tax-xellug. Kompli agħmel dan sakemm ikollok metru ta' folji miksija bil-butir fuq xulxin. Saħħan il-forn għal 220C/200C fann/gass 7 u poġġi karta strazza biex tisħon. Itfa’ saff irqiq ta’ mili b’mgħarfa fuq l-għaġina, madwar 2.5cm mit-tarf. Ibqa’ agħmel l-istess sakemm tkun imlejt it-tul kollu. Irrombla l-għaġina bil-mod, mill-iktar tarf viċin tiegħek, sakemm ikollok forma twila ta’ zalzett. Agħmel din il-proċedura b'mod sod iżda tirromblax iżżejjed sabiex tevita li tinqasamlek l-għaġina. Jekk ikollok bżonn, uża l-folji tal-għaġina li ma użajtx sabiex tirranġa fejn ikun infetaħlek. Aqbad tarf tal-għaġina u agħmel forma ta’ spirall u itfa’ bil-mod fuq karta strazza (madwar l-istess daqs bħal dik li hemm fil-forn). Iksi l-għaġina bil-butir u itfa’ bil-karta strazza b’kollox fuq il-karta strazza li hemm diġà fil-forn (dan jgħin biex it-tisjir isir l-istess minn kull naħa). Aħmi għal 30-35 minuta, jew sakemm tieħu kulur dehbi. Ħalli l-għaġina tiksaħ ftit qabel isservi.

Comments are closed.