Menu

Torta ta lampuki

Serves N/A
Prep Time 30 mins
Cooking 60 mins
Level medium

Ingredjenti

  • 1kg Lampuki
  • 150g Basal
  • 3-4 Sinniet Tewm
  • 200g Spinaċi msajra
  • 150g Pastard Mgholli
  • 60g Kunserva tat-Three Hills
  • 50g Zebbug iswed
  • 40g Kappar tal-Mayor
  • Incova
  • 2 Bajdiet
  • Bżar u melħ
  • Nagħniegħ frisk
  • Ħabaq frisk
  • Żejt taż-żebbuġa
  • Qoxra ta' lumija
  • 500g Ghagina sfiljurata
  • Żerriegħa tal-ġunġlien
Qatta’ l-lampuki fi kwadri żgħar. Qatta’ wkoll f'biċċiet żgħar il-basal, is-sinniet tat-tewm, in-nagħniegħ u l-weraq tal-ħabaq. Aqli l-basal u t-tewm fiż-żejt taż-żebbuġa. Żid in-nagħniegħ u l-ħabaq u kompli aqli sakemm il-basal jieħu l-kulur. Baxxi n-nar u żid il-ħut mingħajr ma ssajjar għal kollox. Sadanittant, ħawwad flimkien il-pastard mgħaffeġ u l-ispinaċi u qatta' ż-żebbuġ iswed u l-inċova f'biċċiet żgħar. Żid it-taħlita tal-ispinaċi u l-pastard, iż-żebbuġ u l-inċova mal-ħut. Sajjar għal ftit minuti u żid il-kunserva, ftit bżar u melħ u l-qoxra tal-lumija. Neħħi minn fuq in-nar u żid bajda mħabbta. Ħawwad tajjeb. Iftaħ l-għaġina u poġġiha fuq karta tal-forn f'dixx tat-torti. Imla bit-taħlita tal-lampuki u għatti t-torta bl-għaġina l-oħra. Idlek il-wiċċ tal-għaġina b'bajda ftit mħabbta u ferrex ftit żerriegħa tal-gulġlien. Agħmel ftit marki fuq l-għaġina b'sikkina u sajjar għal madwar 50-60 minuta f'forn jaħraq. Ricetta ta' Anton B. Dougall Recipe by Anton Dougall

Comments are closed.