Menu

Ċerna l-forn biċ-Chutney tat-Tadam u l-Ħawħ

Serves 2
Prep Time 20 mins
Cooking 85 mins
Level medium

Ingredjenti

  • 1 Basla mqattgħa
  • 1 Zokk ta' Karfusa mqatta'
  • 2 Ħlewwa Stellata (star anise)
  • 1 Felfel, imqatta'
  • 1 Bastun Kannella
  • 50g Zokkor Ismar
  • 2 mgħaref żejt taż-żebbuġa
  • 50g Il-Ħelwa tat-Three Hills
  • 1/2 Tazza Ħall Abjad ta’ Pinto’s Pride
  • 5 Tadamiet żgħar, imqattgħin
  • 2 Ħawħiet, maqsuma f'erbgħa
  • 400g Ċerna, imqatta' f'2 flettijiet
  • 1 Zucchini kbira
  • Ftit Weraq tal-Ispinaċi
F'taġen żgħir, sajjar il-basla, il-karfusa, il-felfel, il-kannella, il-ħlewwa stellata u z-zokkor ma' mgħarfa żejt taż-żebbuġa sakemm jieħdu l-kulur. Żid il-kunserva ħelwa, il-ħall, it-tadam u l-ħawħ u ħallih itektek għal 45 minuta fuq nar baxx. Itfa' ftit żejt taż-żebbuġa fuq iċ-ċerna f'dixx tal-forn, roxx ftit bżar u melħ u sajjar għal 20 minuta. Qatta' l-qarabagħli tawwali u rqiq u isomtu għal ftit. Sajjar l-ispinaċi f'taġen, ħawdu mal-qarabagħli u poġġih fil-platt. Servi l-ħuta fuq il-ħaxix flimkien maċ-chutney tat-tadam. Ricetta ta’ Aceline

Comments are closed.