Menu

Gnocchi bis-Smid

Serves 4
Prep Time 60 mins
Cooking 15 mins
Level low

Ingredjenti

  • 1ltr Halib
  • 200g Smid
  • 100g butir
  • 2 Isfra tal-bajd
  • 200g ġibniet nexfin tal-Ħanini, maħkukin
  • Melħ

 Ferra’ l-ħalib f’kazzola bil-qiegħ oħxon u poġġiha fuq nar moderat. Meta l-ħalib ikun se jiftaħ jagħli, baxxi n-nar u żid is-smid ftit, ftit. Ħawwad il-ħin kollu, l-aħjar b’whisk biex is-smid ma jagħmilx boċċi. Kompli sajjar għal madwar 10 minuti dejjem fuq nar moderat, filwaqt li tibqa’ tħawwad il-ħin kollu. Neħħi l-kazzola minn fuq in-nar u żid 60g ġobon maħkuk, żewġ isfra tal-bajd, 25g butir u melħ. Ħawwad tajjeb u malajr biex l-isfar tal-bajd ma jagħqadx. Xarrab il-wiċċ tal-mejda tal-kċina bi ftit ilma u ferrex it-taħlita tas-smid. Iftaħ it-taħlita fi ħxuna ta’ 9mm bil-wiċċ ta’ sikkina. Xarrab is-sikkina bi ftit ilma biex tħaffef aktar int u tiftaħ it-taħlita tas-smid. Ħalli t-taħlita tiksaħ sew... tieħu madwar 30-40 minuta. Saħħan il-forn għal 2300C, gass numru 8. Aqta’ t-taħlita tas-smid fi dwawar b’tazza żgħira jew b’forma li tuża meta tagħmel il-gallettini. Poġġi dawn id-dwawar ġo dixx tal-forn midluk bil-butir, dawra mrikkba fuq l-oħra. Agħmel ftit dbabar tal-butir fil-wiċċ u ferrex il-ġobon maħkuk. Jekk tiggosta tista’ troxx ukoll ftit bżar. Sajjar fil-forn sħun sakemm idub il-butir u l-ġobon jieħu ftit kulur. Ricetta ta'Anton B.Dougall

Ricetta ta' Anton B. Dougall

Comments are closed.