Menu

Pumpkin and Orange Soup with Baked Feta Cheese

Serves 6
Prep Time 30 mins
Cooking 30 mins
Level medium

Ingredjenti

  • 500g Qargħa ħamra, imqaxxra u mqattgħa f'dadi
  • 2 mgħaref żejt taż-żebbuġa
  • 1 Basla, imqaxxra u mqattgħa
  • 1 Karrotta kbira, mqaxxra u mqattgħa
  • Meraq ta' 2 larinġiet
  • 1/2 Kuċċarina noċimuskata
  • 2 Weraq tar-rand
  • 1 Litru ilma
  • 1 Kuċċarina Spoon Stock tal-ħaxix ta’ Pinto’s Pride
  • 200g Ġobon feta
  • 1/2 Kuċċarina ġinġer frisk misħuq
  • 2 Basal aħdar (basal tal-qatta
  • 1 Felfel frisk
  • 1 Mgħarfa żerriegħa tal-qargħa ħamra
  • 1 Mgħarfa żejt taż-żebbuga
  • Bżar u melħ għat-togħma
Saħħan iż-żejt taż-żebbuġa f'borma fonda, itfa' l-basla u l-karrotta u sajjar sakemm il-basla tieħu l-kulur. Żid il-qargħa ħamra, in-noċimuskata u l-weraq tar-rand, bżar u melħ u sajjar għal ftit minuti billi tħawwad kontinwament. Żid il-meraq tal-larinġ, għatti bl-ilma u żid l-istokk. Ħallih jagħli u ħallih itektek għal 20 minuta sakemm isir il-ħaxix. Neħħi l-weraq tar-rand u itħan is-soppa. Itfa' l-ġobon feta fil-foil bi ftit żejt taż-żebbuġa, bżar iswed frisk, ġinġer u felfel imqatta'. Żid ftit basal aħdar u gerbeb kollox ġol-foil u sajjar fil-forn għal 15-il minuta. Servi s-soppa sħuna bi ftit ġobon feta mfarrak fil-wiċċ.       Ricetta ta’ Aceline Media 

Comments are closed.